Juventus-Bologna 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Miraklu ta’ Buffon fl-aħħar sekondi tal-partita ta tliet punti oħra lil Juventus. It-tim ta’ Sarri lagħab tajjeb għal ħin twil u speċjalment fit-tieni taqsima għalaq lill-avversarji fin-nofs il-grawnd tagħhom. Juventus naqsu però milli jagħlqu l-partita. Ħolqu ħafna okkażjonijiet imma skurjaw darbtejn biss (Ronaldo u Pjanic). Fl-aħħar minuti, imbagħad, Bologna għamlu tentattivi ddisprati biex jiksbu d-draw imma, kif għidna, Buffon salva r-riżultat. Juventus kisbu tliet punti mistħoqqa, għalkemm iridu jitgħallmu l-lezzjoni li għandhom ikunu aktar letali biex jagħlqu l-partiti.

JUVENTUS-BOLOGNA 2-1
Skurjaw: Ronaldo (J),  Danilo (B), Pjanic (J)

Juventus: Buffon; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Khedira (Bentancur), Pjanic, Rabiot (Matuidi); Bernardeschi; Higuain (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Sarri

Bologna: Skorupski; Mbaye, Danilo, Bani, Krejci; Svanberg (Skovo Olsen), Poli (Dzemaili); Orsolini, Soriano, Sansone (Santander); Palacio. Kowċ: Mihajlovic

Referee: Irrati

Karti sofor: Sansone, Rabiot, Bentancur, Danilo, Bani

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *