Juventus b’saħħa fuq Golovin

MatthewJuve News Leave a Comment

L-investiment f’plejer żagħżugħ ta’ dis-sena min-naħa ta’ Juventus jista’ jkun dak ta’ Aleksandr Golovin. CSKA Moscow lesti jbigħuh għal 25 milun Ewro flimkien ma’ perċentwali fuq il-bejgħ eventwali tiegħu fis-snin li ġejjin. Juventus jidhru disposti li jaslu l-iktar sa 18-il miljun Ewro. Id-differenza mhix wisq kbira, speċjalment jekk Juventus jaċċettaw li jagħtu d-dritt lil CSKA li jaqalgħu somma flus mill-bejgħ ta’ Golovin fis-snin li ġejjin. Allegatament il-kuntatti bejn Juventus u CSKA huma regolari ħafna, bil-Bianconeri jippruvaw jiffinalizzaw il-ftehim qabel jibda jogħla l-prezz ta’ Golovin b’wirjiet tajba fit-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *