Juventus f’laqgħa mal-aġent ta’ Bonucci, Cuadrado u Perin

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni llum l-aġent Alessandro Lucci kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Juventus dwar tliet plejers li jaqgħu taħtu: Perin, Bonucci u Cuadrado. Il-gowlkiper Taljan se jitlaq lil Juventus, biss għalissa qed jippreferi jistenna ftit qabel jagħżel lit-tim il-ġdid tiegħu. X’aktarx hu qed jistenna li tasallu offerta mingħand Milan. Attwalment Benfica jidhru li ressqu l-ogħla offerta għalih. Cuadrado, mill-banda l-oħra, hu plejer li għadu ma jafx x’se jiġri minnu. Juventus tawh għażla: jiffirma kuntratt ġdid jew inkella jitlaq dis-sena stess. S’issa nafu li Shanghai Shenhua ressqulu offerta li hu rrifjuta. Jista’ jkun li l-klabb Ċiniż jgħolli l-offerta tiegħu. Jekk Cuadrado jibqa’ jirrifjuta, allura Juventus lesti jżommuh bil-kundizzjoni li hu jiffirma kuntratt ġdid sal-2021. Imbagħad hemm Bonucci. Minkejja l-ħafna għidut, jidher li Bonucci se jibqa’ plejer ta’ Juventus għax din hi r-rieda tal-klabb u tal-plejer innifsu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *