Juventus ibigħu lil Alex Sandro u Dybala għal 250 miljun Ewro?

MatthewJuve News 1 Comment

Skont IlBiancoNero.com Juventus mhumiex jeskludu għal kollox li jbigħu lil Alex Sandro u Dybala lil PSG fis-sajf. Is-somma li qed tissemma hi ta’ 250 miljun Ewro. B’dis-somma Juventus ikunu jistgħu jixtru diversi plejers billi jħallsu l-penali li bihom il-plejers jistgħu jinħelsu mill-kuntratti rispettivi tagħhom. Fost dawn il-plejers hemm Donnarumma, Gaya, Ricardo Pereira u Pellegrini. Barra minn hekk Juventus ikunu jistgħu jresqu offerta fenomenali ta’ 100 miljun Ewro għal Greizmann.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Jekk verament jiġri hekk, aħna l-partitarji juventini nkunu għal darb’oħra moghtija bis-sieq u bil-ħarta mis-soċjieta Bianconera għax meta jkollna team li jħallina noħolmu għall-futur sabih u ta’ suċċessi mill-ewwel ikollna nerġgħu nibdew nibnu t-team mil-gdid. Nittama sinċierament li d-diriġenti tagħna, din id-darba, jaħsbu fina l-partitarji, li b’sagrifiċji kbar insegwu mingħajr riserva lit-team maħbub taghna, u ma jarawx biss okkazjoni ta’ business.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *