Juventus-Inter 1-1

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Żewġ punti mormija f’partita li letteralment iddominajna għal siegħa sħiħa. Morna fil-vantaġġ b’gowls mill-isbaħ ta’ Tevez wara mossa tal-ġenn ta’ Vidal. Bħal dejjem ħloqna ħafna okkażjonijiet ta’ gowl imma ma konniex kapaċi nagħlqu l-partita. Ħlejna ħafna gowls u meta għejjejna, ġejna kkastigati mal-ewwel ċans tal-avversarji. Lejn tmiem il-partita rriskjajna li nitilfu l-partita.

Irridu ngħidu li tradizzjonalment f’Jannar Juventus qatt ma jkunu brillanti wisq. Hemm però xi kunsiderazzjonijiet li jridu jsiru. L-ewwel nett Vidal hu stilla imma din is-sena għadu ma jistax isib l-aqwa kundizzjoni fiżika. Meta jgħejja, jkun tajjeb li jinbidel mill-ewwel. Imbagħad hemm Morata. Plejer li sewa 20 miljun u li qed ikompli jiddeludi. Jekk nikkunsidraw li anki Llorente mhux qed ikun tajjeb, naħseb li f’Jannar hu kruċjali li nixtru attakkant. U forsi jkun tajjeb li Allegri jibda jagħti ftit iktar ċans lil Giovinco li, għall-kuntrarju ta’ Morata, kull meta lagħab dejjem kellu wirjiet tajba din is-sena.

JUVENTUS-INTER 1-1
Skorjaw: Tevez (J), Icardi (I)

Juventus
(4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Marchisio, Pirlo, Pogba; Vidal (Pereyra); Tevez, Llorente (Morata). Kowċ: Allegri.

Inter (4-3-2-1): Handanovic; Campagnaro, Ranocchia, Juan Jesus, D’Ambrosio; Guarin, Medel, Kuzmanovic (Podolski); Kovacic, Hernanes (Osvaldo); Icardi (M’Vila). Kowċ: Mancini.

Referee: Banti

Karti sofor: Icardi, Ranocchia, Juan Jesus, Medel (I); Morata, Bonucci (J)

Karta ħamra: Kovacic (I)

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *