Juventus-Inter anki fis-suq tat-trasferimenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter huma avversarji anki barra l-grawnd. Issa li wasal biex jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, huma bosta l-għidut li l-klabbs jinsabu interessati fl-istess plejers. Jidher li Paratici fl-aħħar jiem qed jagħmel minn kollox sabiex ifixkel il-pjanijiet ta’ Marotta biex isaħħaħ lit-tim ta’ Conte. Vidal u Giroud, iż-żewġ plejers li Inter iridu b’saħħa, spiċċaw issa anki fil-mira ta’ Juventus. B’mod partikolari jidher li Paratici għamel kuntatt bit-telefon ma’ Vidal u kellem anki lil Barcellona. Apparti Vidal u Giroud, hemm anki plejers oħra li jinteressaw liż-żewġ klabbs. Fost dawn hemm Chiesa u Tonali. Insomma, Juventus-Inter ma tispiċċa qatt!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *