Juventus-Inter se tintlagħab?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fadal ġimgħa għall-big match Juventus-Inter u wieħed irid jistaqsi jekk din il-partita hix se tintlagħab ladarba hemm il-periklu ta’ tixrid tal-Coronavirus. Il-marda waslet fil-Piemonte u fil-fatt illum stess Torino-Parma tħassret. Calciomercato.com flew is-sitwazzjoni u sostnew li, minkejja li l-periklu tal-Coronavirus jaf jieħu ftit taż-żmien (żgur iktar minn ġimgħa), it-timijiet tas-Serie A ma tantx għandhom żmien liberu biex jilagħbu l-partiti f’dati oħra. Il-kampjonat irid jispiċċa kmieni minħabba l-Euro2020, filwaqt li l-impenji tal-Coppa Italia u tal-kompetizzjonijiet Ewropej prattikament qed jimlew il-ġimgħat kollha minn hawn sa tmien l-istaġun. Fid-dawl ta’ dan kollu, Calciomercato.com mhux jeskludi li l-partita tista’ tintlagħab bil-bibien magħluqa jew inkella tintlagħab fuq grawnd newtrali f’xi post fejn il-marda għadha ma waslitx.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *