Juventus iridu viċi-Alex Sandro għal Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Għal Jannar Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom li jiksbu riserva ta’ kwalità għal Alex Sandro. Skont Calciomercato.com, l-ismijiet li Juventus qed jikkunsidraw huma dawk ta’ Emerson (Chelsea), Carlos Augusto (Corinthians) u Darmian (Parma). Paratici jixtieq ħafna jġib lura lil Pellegrini, imma jidher li se jkun diffiċli li Cagliari jaċċettaw li jitilquh minn idejhom f’Jannar. L-akkwist ta’ full-back hu problematiku anki minħabba n-numru kbir ta’ plejers li hemm fit-tim, tant li hu maħsub li Juventus se jkunu jistgħu jixtru plejer biss jekk jirnexxilhom ibigħu uħud mill-plejers żejda li attwalment hemm fit-tim.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *