Juventus offrew li jgħinu lil Notts County

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-klabb Ingliż ta’ Notts County dan l-aħħar kellu problemi finanzjarji kbar u kien fix-xifer tal-falliment. Tant waqgħu lura fil-pagamenti tagħhom li Puma lanqas biss reidu jkomplu jfornuhom il-flokkijiet għall-partiti. Meta sar jaf b’din is-sitwazzjoni, Andrea Agnelli offrew li jagħtihom flokkijiet ta’ Juventus biex ikunu jistgħu jilagħbu bihom. Ta min ifakkar li fl-1902 Juventus kienu bidlu l-flokk roża tal-bidu nett mal-flokk abjad u iswed li Tom Savage kien ġab mill-Ingilterra. Dawk il-kuluri kienu proprju ta’ Notts County it-tim li miegħu Savage kien lagħab meta kien iżgħar. Issa 117-il sena wara Agnelli ried ipattilhom lura l-pjaċir. Notts County apprezzaw il-ġest imma ma setgħux jaċċettaw il-flokkijiet ta’ Juventus minħabba l-kuntratt li għandhom ma’ Puma.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *