Juventus qrib li jiksbu tliet plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-jumejn li ġejjin jidhru li se jkunu deċiżivi sabiex Juventus jiffinalizzaw it-trasferimenti ta’ De Ligt, Rabiot u Buffon, kif ukoll biex ibigħu lil Cancelo. Paratici f’dawn is-sigħat hu attiv ferm. Juventus prattikament qed jistennew ir-risposta definittiva ta’ Buffon u Rabiot. It-tnejn li huma jidhru li jinsabu orjentati li jilqgħu l-proposta ta’ Juventus. Dwar De Ligt nafu li hemm ftehim mal-Olandiż u l-aġent tiegħu, u issa jonqos biss li Ajax jagħtu risposta lil Juventus dwar l-offerta li ressqu għalih. L-indikazzjonijiet huma li mhemmx wisq differenza bejn talba u offerta u għaldaqstant De Ligt mistenni jilbes il-flokk ta’ Juventus. L-akkwist tiegħu x’aktarx se jkun possibbli grazzi għall-bejgħ ta’ Cancelo lil Manchester City. Juventus u l-klabb Ingliż jidhru li resqin lejn ftehim finali wara diversi jiem ta’ negozjati.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *