Juventus-Roma 1-3

MatthewJuve News Leave a Comment

L-istaġun ta’ Juventus intemm b’telfa oħra u b’wirja fuq l-istess linji ta’ dawk li rajna fl-aħħar erba’ ġimgħat. Xi ftit jew wisq kienet qisha partita ta’ ħbiberija peress li t-timijiet ma kellhom xejn għal xiex jiġġieldu f’dal-kampjonat. Higuain poġġa lil Juventus fil-vantaġġ wara ftit minuti u wara bdew ħerġin is-solti difetti fil-fażi difensiva. Juventus rebħu meritatament dal-kampjonat, biss hu evidenti li hemm bżonn bidla kbira għaċ-Champions League u fuq kollox hemm bżonn plejers ġodda għas-sena d-dieħla.

JUVENTUS-ROMA 1-3

Skurjaw: Higuain (J), Kalinic (R), 2 Perotti (1 pen.) (R)

Juventus (4-3-3): Szczesny (Pinsoglio); Danilo, Bonucci (Demiral), Rugani, Frabotta; Rabiot (Ramsey), Muratore, Matuidi; Bernardeschi (Olivieri), Higuain (Vrioni), Zanimacchia. Kowċ: Martusciello.

Roma (3-4-2-1): Fuzato; Fazio, Smalling, Ibanez (Juan Jesus); Zappacosta, Cristante (Santon), Villar, Calafiori (Bruno Peres); Zaniolo (Under), Perotti (Kluivert); Kalinic. Kowċ: Fonseca.

Referee: Rocchi.

Karti sofor: Rugani (J), Smalling (R), Perotti (R), Cristante (R).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *