Juventus-Sampdoria 0-0

MatthewJuve Leave a Comment

Partita mill-aktar strambi u draw li ma jirriflettix l-andament tal-partita. Kontra Sampdoria kellna partita eċċellenti fl-ewwel taqsima fejn prattikament kien hemm tim wieħed biss fil-grawnd. Juventus żammew il-kontroll tal-partita u attakkaw kemm felħu. Madankollu ma għarfux jagħlqu l-partita u bħal dejjem fallejan wisq okkażjonijiet ta’ gowl. Fit-tieni taqsima, imbagħad, Sampdoria ġabu d-draw fl-ewwel azzjoni li ħolqu. Wara dan il-gowl Juventus kienu konfużi wisq u ttantaw reazzjoni li ma ħallietx l-effett mistenni. Nibqgħu ma nistgħux nifhmu għalfejn qed jingħata ħafna spazju lil Morata u Llorente fl-attakk meta dawn qed ikollhom wirjiet fqar immens. Saħansitra Morata sar qisu fantażma fil-grawnd. Mill-banda l-oħra Giovinco, li fil-bidu tal-istaġun kien wieħed mill-aħjar ma’ Juventus u mal-Italja, mhux jingħata l-opportunità li juri x’jaf. Qed jitħalla riserva l-ħin kollu minħabba l-kwistjoni tal-kuntratt. Imbagħad hemm Vidal, li llum għadu ma jistax jiġi f’sikktu u qed jitħalla jagħżaq fil-grawnd. Forsi jkun aħjar li jingħata ftit iktar training atletiku sabiex nerġgħu narawh fil-livelli tas-snin li għaddew … jekk irridu navanzaw fiċ-Champions League għandna bżonn l-aqwa Vidal!!!

JUVENTUS-SAMPDORIA 1-1
Skorjaw: Evra (J), Gabbiadini (S)

JUVENTUS: Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Ogbonna, Evra; Vidal, Marchisio, Pogba; Pereyra (Coman); Tevez (Giovinco), Morata (Llorente). Kowċ: Allegri.

SAMPDORIA: Romero; Cacciatore, Gastaldello, Romagnoli, Regini; Rizzo, Palombo, Obiang (Duncan); Krsticic (Gabbiadini), Okaka (Bergessio), Eder. Kowċ: Mihajlovic

Referee: Doveri

Karti sofor: Regini (S), Vidal (J), Romagnoli (S), Gabbiadini (S), Bonucci (J), Okaka (S), Romero (S).

Matthew Scerri

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *