L-ewwel doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo fl-Italja tat tliet punti oħra lil Juventus li jibqgħu l-uniku tim b’punti massimi fis-Serie A. Il-partita kontra Sassuolo kienet letteralment ikkontrollata tul id-disgħin minuta mill-plejers ta’ Allegri. Kien biss fil-finali tal-partita li Juventus għaxxqu kollox billi taw l-opportunità lil Sassuolo li jsibu x-xibka u barra minn hekk lagħbu b’raġel inqas għat-tkeċċija ta’ Douglas Costa.
JUVENTUS-SASSUOLO 2-1
Skurjaw: 2 Ronaldo (J), Babacar (S)
Juventus: Szczesny; Cancelo, Bonucci, Benatia, Alex Sandro (Cuadrado); Khedira, Emre Can (Bentancur), Matuidi; Dybala, Mandzukic (Douglas Costa), Ronaldo. Kowċ: Allegri
Sassuolo: Consigli; Lirola, Marlon, Ferrari, Rogerio (Dell’Orco); Locatelli (Babacar), Duncan, Bourabia; Boateng, Djuricic (Di Francesco), Berardi. Kowċ: De Zerbi
Referee: Chiffi
Karti sofor: Djuricic, Berardi, Cancelo, Bourabia, Alex Sandro,
Karta ħamra: Douglas Costa.
Matthew Scerri