Juventus-Sassuolo 2-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Wirja tassew kerha għal Juventus kontra Sassuolo u żewġ punti mormija. Sassuolo lagħbu partita impekabbli għall-kuntrarju tal-Bianconeri li mentalment qisu qatt ma niżlu fil-grawnd. Id-difiża reġgħet kienet mikxufa wisq u nofs il-grawnd wera d-difetti li ilna snin naraw: nuqqas ta’ kunċentrazzjoni; saħħa fiżika inqas mill-avversarji; u konfużjoni ġejja mill-fatt li qisu ħadd ma jaf fejn hu postu. Fuq quddiem Ronaldo mhux qed ikun brillanti, filwaqt li Bernardeschi qiegħed jiżbalja partita wara l-oħra. Ilna wisq sejrin hekk u Sarri għandu jifhem x’inhu jiġri biex isolvi dawn il-problemi.

JUVENTUS-SASSUOLO 2-2

Skurjaw: Bonucci (J), Boga (S), Caputo (S), Ronaldo (pen.) (J)

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Bentancur, Pjanic, Emre Can (Matuidi); Bernardeschi (Dybala); Higuain (Ramsey), Ronaldo. Kowċ: Sarri.

Sassuolo (4-2-3-1): Turati; Toljan, Romagna, Marlon, Kyriakopoulos; Magnanelli, Locatelli; Boga (Peluso), Traoré (Duncan), Djuricic; Caputo. Kowċ: De Zerbi.

Referee: La Penna

Karti sofor: Djuricic (S), Locatelli (S), Toljan (S), Kyriakopoulos (S), Muldur (S), Pjanic (S).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *