Juventus-Tottenham 2-2

MatthewJuve News Leave a Comment

L-ewwel konfront ma’ Tottenham intemm fi draw ta’ 2-2. Riżultat ġust fis-sustanza għalkemm fl-ewwel taqsima Juventus setgħu jagħlqu l-partita u prattikament jagħmlu ruħhom ċerti mill-kwalifikazzjoni. Doppjetta ta’ Higuain fl-ewwel disa’ minuti tal-partita poġġiet lil Juventus f’pożizzjoni tassew tajba. Tottenham, però, ma qatgħux qalbhom u bdew jissieltu biex inaqqsu d-distakk u jiksbu d-draw. Kane fil-fatt irnexxilu jagħmel dan wara li Higuain falla l-azzjoni tat-3-0. L-ewwel taqsima ntemmet b’okkażjoni kbira oħra: penalty li Higuain falla. Fit-tieni taqsima, Tottenham dehru jieħdu f’idejhom il-kontroll tal-partita, b’Juventus jippreferu l-kontrattakk. Il-Bianconeri marru qrib kemm-il darba li jerġgħu jiskurjaw, għalkemm ma rnexxilhomx isibu t-tielet gowl. Tottenham imbagħad kisbu d-draw minn free-kick. Kif għidna Tottenham kien ħaqqhom draw illejla. Lagħbu għal ħin twil aħjar minn Juventus. Illum, iktar minn qatt qabel, dehru l-problemi tat-tim ta’Allegri li jamministra l-vantaġġ. Ħasra li fl-ewwel taqsima Higuain ma għarafx jagħlaq il-partita b’mod definittiv. Ħasra li wasalna għal din il-partita b’ħafna plejers neqsin u b’oħrajn (tipo Mandzukic u Douglas Costa) li bilkemm felħu jilagħbu fit-tieni taqsima. Issa Juventus iridu jmorru jirbħu fil-Wembley Stadium biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss.

Juventus-Tottenham 2-2
Skurjaw:
2 Higuain (1 pen.) (J), Kane (T), Eriksen (T)

Juventus
(4-2-3-1): Buffon; De Sciglio, Benatia, Chiellini, Alex Sandro; Khedira (Bentancur), Pjanic; Bernardeschi, Douglas Costa (Asamoah), Mandzukic (Sturaro), Higuain. Kowċ: Allegri.

Tottenham (4-2-3-1): Lloris, Aurier, Sanchez, Vertonghen, Davies, Dier, Dembele, Eriksen (Wanyama), Dele (Son), Lamela (Lucas), Kane. Kowċ: Pochettino.

Referee: Brych (Ġer).

Karti sofor:
Benatia (J), Aurier (T), Davies (T), Higuain (J), Bentancur (J).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *