Juventus vs Inter anki għal Dzeko u Pinamonti

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar intriċċi fis-suq tat-trasferimenti bejn Juventus u Inter. It-tnejn li huma qed ifittxu attakkant ġdid u jidher li qed isegwu, fost l-oħrajn, l-istess żewġ plejers: Pinamonti u Dzeko. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, hu l-favorit nett ta’ Conte. Anki Sarri huwa favur l-akkwist ta’ Dzeko min-naħa ta’ Juventus u allura t-timijiet żgur se jkunu qed jikkompetu ma’ xulxin għall-akkwist tiegħu.

Pinamonti, mill-banda l-oħra, hu każ partikolari. Inter għandhom gentlemen’s agreement ma’ Genoa biex jixtruh lura għas-somma ta’ 21 miljun Ewro. Attwalment Inter, però, għandhom objettivi oħra u ma tantx huma disposti jonfqu 21 miljun għal Pinamonti. Juventus mill-banda l-oħra lesti jiksbuh bi tpartit ma’ xi plejer minn tagħhom. Allegatament Juventus diġa’ tkellmu mal-aġent Raiola. Min-naħa tagħhom Inter qed jittamaw li Pinamonti finalment jibqa’ għal sena oħra ma’ Genoa u hekk ikunu jistgħu jixtruh fis-sajf 2021.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *