Juventus vs Tottenham – Fadal l-aħħar ftit biljetti

Darren Micallef News Leave a Comment

Il-Club jixtieq javża li għad fadal numru żgħir ta’ biljetti li jistgħu jiġu riservati mil-membri għall-partita tal-aħħar 16 taċ-Champions League li se tintlagħab nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar kontra Tottenham Hotspurs.

Kull min jixtieq jagħmel dan apparti li jeħtieġ li jkun membru tal-Club kif ukoll li jkun imsieħeb fil-Fan Club huwa mitlub li jżur l-uffiċju tal-Club għada l-Erbgħa 3 ta’ Jannar qabel jew wara l-partita tal-Coppa Italia kontra Torino u jħalli depositu ta’ €100 fuq kull biljett.

Il-prezzijiet għal din il-partita għadhom ma ġewx imħabbra imma nistgħu nassumu li se jkunu jvarjaw bejn €50 u €180 skont is-settur.

Infakkrukom ukoll li minn nhar il-Ħamis 4 ta’ Jannar se nerġgħu nibdew niftħu l-uffiċju bir-regolarita’ tas-soltu ta’ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8.00pm

Grazzi.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *