Kalendarju Serie A 2019/20 – nirrepetu l-avviż rigward riservar ta’ biljetti mill-uffiċċju

Darren Micallef Hot news, News Leave a Comment

Ninfurmaw li qegħdin nilqgħu l-ewwel riservar ta’ biljetti minn ġewwa l-uffiċju tal-Club.

Infakkru li kull persuna se tkun tista’ tirriserva biljetti għal massimu ta’ żewg membri. F’każ ta’ ġenituri u minorenni li jgħixu fl-istess residenza biss m’aħniex sejrin nimxu ma’ din il-linja li ddeċieda l-Kumitat.

Kull persuna li trid tirriserva biljett jeħtieġ li
– tkun membru fil-Club u fil-Fan Club kif ukoll tipprovdilna l-karta tal-identita’ jekk għadha ma għamlitx dan.
tippreżenta ġewwa l-uffiċju Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) valida jew jekk applikat magħna għaliha tista’ tirriserva biljetti biss għal partiti li se jintlagħbu matul Novembru jew wara biex inserrħu rasna li din tkun laħqet waslet.
– tagħmel ħlas ta’ depożitu ta’ €150 jekk il-biljett ikun mixtieq fiż-żona Est Centrale jew €90 jekk fi kwalunkwe settur ieħor.

Nirrepetu li huwa mportanti ħafna li tinġieb il-Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) jew kopja tagħha ġewwa l-uffiċċju sabiex nevitaw diżappunti.

Grazzi

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *