Kampanja Tesseramenti 2016/17

MatthewJuve News 1 Comment

Wara ġimgħat sħaħ ta’ ħidma favur il-Juventini Maltin u Għawdxin u għall-okkażjoni tal-viżita ta’ David Trezeguet ġewwa l-Club tagħna, il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) ħaseb biex għall-istaġun li jmiss iħabbar skema ta’ sħubija mraħħsa u li tkun l-iktar waħda vantaġġjuża lokalment.

Iż-żjara ta’ David Trezeguet mhux se tkun marbuta esklussivament mas-sħubija DOC għalhekk kull min mhux membru huwa liberu jagħzel liema skema jrid. Jistgħu jattendu għall-attivitajiet li qiegħdin inħejju għalikom dawk il-membri kollha li huma in regola mal-ħlas tas-sħubija mal-Club għall-istaġun preżenti 2015/16 kif ukoll dak li ġej 2016/17.

Id-dettalji tal-Kampanja Tesseramenti 2016/17 huma dawn:

Sħubija mal-Club biss
– Adult (Age 18 – 64 years ) – €25
– Youth (Age 14 – 17 years) – €15
– Over 65 (Age 65 years +) – €5
– Child (Age 0 – 13 years) – FREE
– Family (2 Adults + 1 Youth minimum) – 2 Adults at €25 each and every Youth at €10

Il-vantaġġi ta’ din l-iskema ġdida huma dawn:

• Żidna l-eta ta’ sħubija mal-Club b’xejn minn 9 snin sa 13-il sena.
• Introduċejna l-iskema Family fejn kull wild fil-kategorija Youth (mingħajr ebda numru massimu jew restrizzjonijiet oħra) jgawdi minn €5 roħs fuq is-sħubija mal-Club.

Sħubija mal-Club u Sħubija DOC
– Adult (Age 18 – 64 years) – €40
– Youth (Age 14 – 17 years) – €35
– Over 65 (Age 65 years +) – €25
– Child (Age 7 – 13 years) – €16
– Family (2 Adults + 1 Child/Youth minimum) – 2 Adults at €40 each, every Youth at €30 and every Child at €15)

Il-vantaġġi ta’ din l-iskema ġdida marbuta mad-DOC huma dawn:

• Kull Adult se jgawdi minn roħs ta’ €5 għaliex qiegħdin nagħtu s-sħubija DOC għall-prezz speċjali ta’ €15 minflok €20.
• Fl-iskema Family, apparti lill-Adulti, qieħdin nestendu din l-offerta wkoll għall-Youths u Children (mingħajr ebda numru massimu jew restrizzjonijiet oħra) li se jkunu qiegħdin jieħdu d-DOC għall-prezz speċjali ta’ €15 ukoll minflok €20 u €16 rispettivament.

Id-DOC hija skema ta’ sħubija direttament ma’ Juventus fejn permezz tagħħa biss tkun tista’ tinqeda biljett għall-partiti ta’ Juventus tal-Kampjonat jew Champions League ġewwa l-Juventus Stadium.

Dawn ta’ hawn taħt huma l-prezzijiet kif suppost huma tas-sħubija DOC
– Adult (Age 14 years +) – €20
– Child (Age 7 – 13 years) – €16
– Child (Age 0 – 6 years) – DOC not possible

Bħalma tistgħu taraw allura l-ikbar vantaġġi li qiegħdin noffru huma marbutin mal-isħubija DOC. Filwaqt li nfakkrukom li ma’ kull sħubija mal-Club jingħata rigal sabiħ ukoll, tistgħu tagħmlu s-sħubija tagħkom mil-kumdita’ tad-dar billi ssegwu dan il-link http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/ u tagħmlu l-ħlas permezz tal-PayPal. Sadanittant, l-uffiċju tal-Club jkun miftuħ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6.30pm u 8pm.

Il-Kumitat sħiħ jixtieq jirringrazzjakom tal-fiduċja kbira li turu f’dan il-Club fejn ta’ kull sena qiegħed ikollna numri kbar ħafna.

Darren Micallef
Assistent Segretarju u Uffiċjal Tesseramenti
Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Prosit lill-Kumitat għall-inċentivi ġodda li qed joffri lill-kull veru juventin li jrid ikun parti mill-familja kbira juventina f’dawn il-gzejjer. Il-fatt li tkun membru effettiv fil-club
    għandu jagħmel lil kull partitarju tal-Juventus kburi li hu ‘wieħed minna’, li hu ħolqa minn din il-katina twila ta’ juventini. Kull juventin li huwa diġa missieħeb fil-Juventus Club Veo Amore għandu jġedded it-tessera għall-istaġun li ġej u jgawdi mill-inċentivi u vantaġġi godda li ġew ippreparati bir-reqqa mill-Kumitat u li zgur se jintlagħqu tajjeb mill-membri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *