Kean. Futur inċert ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi klabbs, fl-Italja u anki barra, jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Moise Kean. S’issa għadu mhuwiex ċert jekk Juventus humiex se jżommuh bħala riserva jew inkella jisilfuh sabiex ikun jista’ jilgħab b’mod regolari. Mhuwiex eskluż lanqas bejgħ għal 20 miljun b’Juventus ikollhom id-dritt jixtruh mill-ġdid. Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li fuq quddiem nett bħala destinazzjoni possibbli għal Kean hemm Bologna. Anki Sampdoria u Sassuolo huma interessati ħafna. Ovvjament jekk se jneħħuh, Juventus se jitolbu garanziji li Kean ikun qed jilgħab b’mod regolari.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *