Kemm se jiffrankaw Juventus minn fuq Allegri u l-istaff tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif diġà rrapurtajna, jekk Allegri jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Manchester United, Juventus se jkunu qed jiffrankaw somma flus mhux ħażin. Allegri għadu marbut ma’ Juventus b’kuntratt sa Ġunju 2020 b’paga ta’ 7.5 miljun Ewro fis-sena. Jekk hu jieħu miegħu anki lill-istaff tiegħu, anki huma marbuta ma’ Juventus sas-sajf, is-somma li Juventus se jiffrankaw se tkun ferm għola. SpazioJ qed jikkalkulaw li l-klabb Juventin faċilment se jiffranka li jkollu jħallas madwar 10 miljuni lil Allegri u lill-istaff tiegħu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *