Kif se jinbidel nofs il-grawnd is-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Bl-akkwist ta’ Sami Khedira għandna sinjal ċar li se tinbidel xi ħaġa fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus. Għall-karatteristiċi tiegħu Khedira x’aktarx se jkun qed jieħu post Pirlo. Anki jekk ma jitlaqx, Pirlo fl-età ta’ 36 sena riesaq lejn tmiem il-karriera tiegħu u din is-sena stess majna ħafna fil-wirjiet tiegħu. Marchisio se jkun ovvjament konfermat. Probabbli ħafna li anki Vidal jibqa’. Ix-xnigħat tal-mercato qegħdin hemm, imma kollox jindika li Vidal mhux se jitlaq. Hu jinsab għal qalbu ma’ Juventus, is-supporters iħobbuh u kollox jidher li sejjer tajjeb. Hemm anki raġuni oħra għalfejn Vidal se jibqa’ u din ir-raġuni hi Paul Pogba. L-offerta fenomenali li qed jaslu u li se jaslu fil-ġimgħat li ġejjin x’aktarx iwasslu sabiex Juventus jibdew jikkunsidraw li jbigħuh. M’hemmx dubju li Juventus mhux se jaffordjaw li jitilfu lil Pogba u Vidal f’daqqa. U peress li Pogba qed iġib prezz għoli, hu probabbli ferm li jkun hu li jitlaq, b’Vidal ikun konfermat sabiex Allegri xorta waħda jkollu midfield qawwi b’Marchisio-Khedira-Vidal.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *