Kif wasalna biex Caceres ħa post Benatia

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com ta dettalji dwar kif Juventus waslu f’temp ta’ ftit sigħat biex ibigħu lil Benatia u jixtru minfloku lil Caceres. Nhar l-Erbgħa li għaddew l-aġent tad-difensur Marokkin iltaqa’ ma’ Paratici fil-Hotel Parigi ta’ Milan u għarrfu li Benatia xtaq jaċċetta l-offerta ta’ Al Duhail. Paratici ma laqax it-talba ta’ Benatia mill-ewwel, anki jekk beda jara hemmx xi alternattivi validi għalih. Fl-istess jum Paratici kellu laqgħa ma’ Davide Lippi, l-aġent ta’ Spinazzola. Huma kellhom jitkellmu dwar il-futur ta’ Spinazzola, biss waqt il-laqgħa l-aġent ippropona l-isem ta’ Caceres bħala sostitut ta’ Benatia. L-idea għoġbot lil Paratici peress li Caceres hu midħla tal-ambjent Juventin. Għalhekk minnufih bdew in-negozjati u malajr instab ftehim ma’ Lazio. Min-naħa tiegħu Caceres waqqaf in-negozjati ma’ Vissel Kobe u kien kuntent ferm li jirritorna ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *