Kliem ta’ tifħir minn Nedved għall-akkwisti ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil Juventus TV, Pavel Nedved tkellem dwar l-istaġun li wasal biex jibda. Fi kliemu l-objettiv se jkun, bħal dejjem, li Juventus jirbħu kull partita. Hu faħħar l-akkwist ta’ Ronaldo li, fi kliemu, hu “akkwist eċċezzjonali” li juri li Juventus għamlu pass ‘il quddiem fost it-timijiet il-kbar tal-Ewropa. Nedved kellu kliem ta’ apprezzament għal Cancelo li “daħal, bħal fti qablu, fl-ambjent Juventin b’personalità, teknika u vivaċità”. Finalment ġudizzju pożittiv ferm anki dwar Emre Can: “Ftit qed jitkellmu dwaru, biss hu kolp importantissimu għal Juventus. Riduh it-timijiet il-kbar kollha tal-Ewropa u ħadnieh aħna. Hu perfett teknikament u tattikament.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *