Kollox idur fuq min se jieħu post Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Issa l-attenzjoni se ddur fuq min se jieħu post Pogba ma’ Juventus. L-ismijiet nafuhom: Matuidi, Matic, Witsel u Luiz Gustavo. X’aktarx Juventus se jinvestu anki f’xi midfielder ta’ talent, tipo Diawara. L-ispekulazzjonijiet huma ħafna. Nafu li l-President ta’ PSG eskluda li Matuidi jista’ jitlaq lil PSG, imma l-fatt li l-aġent tiegħu hu Raiola ma jeskludi xejn fil-verità. Matic ma jinsabx għall-bejhgħ għalkemm għada se jkollu laqgħa ma’ Chelsea u x’aktarx se jitlob li jinbigħ. Witsel qed jistenna lil Juventus u qrajna anki li missieru għamel kuntatt ma’ Juventus biex jitlob li l-Bianconeri jiħduh. L-aħħar isem hu dak ta’ Luiz Gustavo, b’Inter lesti jagħmlu konkorrenza qawwija lil Juventus biex jiħduh.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *