Konferenza tal-aħbarijiet ta’ Andrea Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu Andrea Agnelli indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tkellem dwar il-Finali kontra Barcellona u l-pjanijiet għall-futur. Hu qal li hu importanti ferm li Juventus irritornaw fil-post li jixirqilhom. Dwar it-telfa kontra Barcellona, Agnelli sostna li Juventus lagħbu bħal dejjem biex jirbħu u minkejja d-diżappunt għat-telfa hu jemmen li l-wirja tas-Sibt poġġiet il-bażijiet għall-futur ta’ Juventus. Fi kliem Agnelli l-futur ta’ Juventus irid jibda mill-wirja tajba li Juventus kellhom kontra Barcellona. Hu awgura li s-sena d-dieħla Juventus ikomplu jibnu fuq dan l-istaġun u qed jittama li l-Bianconeri jmorru aħjar fil-fażi tal-gruppi. Il-President irringrazzja lid-diriġenit, lil Allegri u lit-tim kollu għal dan l-istaġun straordinarju.

Dan hu l-video tal-konferenza tal-aħbarijiet.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *