Kurżitajiet mill-passat marbutin mat-8 ta’ Frar

MatthewJuve News Leave a Comment

1. L-ewwel gowl ta’ Davids ma’ Juventus
Illum 17-il sena ilu Edgar Davids kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. B’kollox hu lagħab 235 partita ma’ Juventus u skorja 10 gowls. Kif għidna, l-ewwel wieħed wasal waqt Juventus-Roma tat-8 ta’ Frar 1998.

2. L-uniku gowl ta’ Poulsen
Fit-8 ta’ Frar 2009 Juventus lagħbu kontra Catania u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-2. Dakinhar kien skorja Christian Poulsen. Interessanti li dan kien l-uniku gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’60 partita.

3. Id-debutt ta’ Padoin u t-tieni darba għal Caceres
Tliet snin ilu, preċiżament fit-8 ta’ Frar 2012, fil-partita tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus, Simone Padoin kien għamel id-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kien lagħab anki Martin Caceres li kien irritorna ma’ Juventus wara snin sentejn ma’ Seville. Padoin u Caceres kienu l-akkwisti tal-mercato tax-xitwa ta’ dik is-sena u lagħbu proprju kontra Milan fil-Coppa Italia. Għal Caceres kienet partita speċjali peress li hu skorja ż-żewġ gowls tar-rebħa Bianconera.

4. L-aħħar partita ta’ Giovanni Ferrari
Giovanni Ferrari kien jifforma parti mill-Juventus tal-Quinquennio d’oro (1930-1935) meta l-Bianoneri rebħu ħames scudetti infila. Wara mbagħad kien mar jilgħab ma’ Inter u Bologna fejn rebaħ rispettivament 2 scudetti u 1 scudetto. Fl-istaġun 1941-42 hu rritorna ma’ Juventus. L-aħħar partita li hu qatt lagħab bil-flokk ta’ Juventus kienet proprju fit-8 ta’ Frar 1942 kontra Padova fil-Coppa Italia.

 

Ferrari

5. L-aħħar gowl ta’ Pietro Rava
Fit-8 ta’ Frar jaħbat anki l-anniversarju tal-aħħar gowl li Pietro Rava skorja għal Juventus. Hu kien difensur u allura ma tantx kien ikollu l-opportunità li jiskorja spiss. Fit-8 ta’ Frar 1948, Rava kien skorja fil-partita Pro Patria-Juventus 2-3.

RAva

 

6. Riżultati tal-partiti kollha li Juventus lagħbu fit-8 ta’ Frar

Data Kompetizzjoni Partita

Riżultat

08.02.1914 Kampjonat Juventus-Como

9-0

08.02.1920 Kampjonat Brescia-Juventus

0-0

08.02.1925 Kampjonat Spal-Juventus

0-2

08.02.1931 Serie A Pro Patria-Juventus

1-3

08.02.1942 Coppa Italia Juventus-Padova

1-0

08.02.1948 Serie A Pro Patria-Juventus

2-3

08.02.1953 Serie A

Juventus-Atalanta

1-1

08.02.1959 Serie A Udinese-Juventus 0-4
08.02.1967 Tazza tal-Fieri Juventus-Dundee United

3-0

08.02.1970 Serie A Torino-Juventus

0-3

08.02.1976 Serie A Verona-Juventus

1-2

08.02.1981 Serie A Juventus-Cagliari

1-1

08.02.1984 Coppa Italia Juventus-Bari

1-2

08.02.1987 Serie A Juventus-Empoli

3-0

08.02.1998 Serie A Juventus-Roma

3-1

08.02.2003 Serie A Juventus-Empoli

1-0

08.02.2004 Serie A Roma-Juventus

4-0

08.02.2006 Serie A Juventus-Parma

1-1

08.02.2009 Serie A Catania-Juventus

1-2

08.02.2012 Coppa Italia Milan-Juventus

1-2

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *