L-aħħar partita ta’ Barzagli mal-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġermanja-Italja hi l-aħħar partita ta’ Andrea Barzagli mat-tim nazzjonali Taljan. L-għażla tiegħu ilu li ħabbarha. Fl-età ta’ 35 Barzagli qed jippreferi jiddedika l-aħħar sentejn tal-karriera tiegħu lil Juventus bit-tama li jirnexxilu jirbaħ iċ-Champions League. Hu libes il-flokk tal-Italja għal 62 darba. Rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006, kien parti mit-tim Taljan li fil-Euro2012 tilef il-Finali kontra Spanja, kiseb il-medalja tal-bronz fil-Logħob Olimpiku tal-2004 u fil-Confederations Cup tal-2013. Mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena, rebaħ anki l-kampjonat Ewropew fl-2004. Insomma karriera mimli suċċessi għal dak li għadu sal-ġurnata tal-lum wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *