L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (16 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Ramsey. Diveri klabbs Ingliżi jriduh

Jidher li Aaron Ramsey ħalla rikordju tassew qawwi fl-Ingilterra. Tant hu hekk li fl-aħħar jiem kellna rapporti li l-klabbs prinċipali tal-Premier League jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu. S’issa hu ssemma ma’ Tottenham, Chelsea, kif ukoll iż-żewġ timijiet ta’ Manchester.

Pedro sejjer ma’ Roma

Kollox jindika li Pedro se jkun qed jiffirma ma’ Roma. Jidher li saħanistra hu diġà kellu konversazzjoni twila ma’ Fonseca li tah dettalji dwar is-sistema ta’ logħob li jużaw it-tim tal-kapitali.

Havertz x’aktarx jibqa’ l-Ġermanja

Il-gazzetta Telegraph qed isostni li Bayern Munich huma l-favoriti nett li jiksbu lil Havertz mingħand Bayer Leverkusen. Fl-aħħar snin Bayern dejjem xtraw l-aqwa talenti tal-pajjiż u jidher li se jkomplu t-tradizzjoni billi jakkwistaw anki lil Havertz.

Kulħadd irid lil Hakimi

Real Madrid huma lesti li jbigħu lil Hakimi għal 60 miljun Ewro skont As. It-timijiet li jriduh huma: Juventus, Inter, Manchester United, Bayern Munich u Borussia Dortmund.

Kovacic ukoll fil-mira ta’ Juventus

Skont il-media Ingliża hu probabbli li Juventus qed jikkunsidraw anki l-akkwist ta’ Mateo Kovacic biex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom. Chelsea, min-naħa tagħhom, hu lesti li jbigħuh bħala parti mit-taqlib tat-tim tagħhom li għandhom ippjanata għal das-sajf.

Udinese interessati f’Nicolussi Caviglia

M’hemmx dubju li Hans Nicolussi Caviglia hu plejer ta’ talent kbir u dis-sena ma’ Perugia wera li hu lest biex jilgħab fis-Serie A. Is-sit Tuttoudinese.it qed jagħti l-aħbar li Udinese lesti jiftħu taħdidiet ma’ Juventus biex jiksbu lil Nicolussi Caviglia. Konvinti, però, li Juventus mhux se jitilqu minn idejhom għal kollox lit-talent Taljan.

Il-prezz ta’ Milik

Napoli x’aktarx se jkunu qed jaċċettaw flus biss għal Milik. Skont La Gazzetta dello Sport, Napoli ma jridux jafu bi tpartit ta’ plejers. Min irid lil Milik irid ikun lest iħallas 50 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *