L-ewwel rawnd. Numri kbar għall-Bianconeri

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus huma ċ-Champions tax-xitwa fl-Italja b’5 punti vantaġġ fuq Roma, it-tim fit-tieni post. Il-Bianconeri huma tim formidabbli li s’issa għandhom l-aqwa attakk (42 gowl skorjat) u l-aqwa difiża (qlajna biss 9 gowls!).

Apparti dawn in-numri, hemm kurżitajiet oħra. Qabel xejn Juventus huma t-tim li l-iktar mar fil-vantaġġ (16-il darba) u l-inqas wieħed li mar fi żvantaġġ (3 darbiet biss!). Barra minn hekk il-Bianconeri huma t-tim li rnexxilu jirbaħ partiti b’iktar minn 3 gowls. Fil-fatt għal 8 darbiet skorjajna iktar minn 3 gowls f’partita.

Tajjeb ngħidu li l-Bianconeri huma t-tim li kellu dejjem l-aqwa reazzjoni wara li mar minn taħt. Juventus.com tirraporta li komplessivament f’dan il-kampjonat qattajna biss 7 minuti b’gowl minn taħt! Ma ninsewx li l-unika telfa s’issa waslet kontra Genoa meta skorjawlna fl-aħħar minuti u allura ma kienx hemm ċans għal reazzjoni.

Finalment ma rridux ninsew li Carlos Tevez hu t-topscorer tas-Serie A bi 13-il gowl.

Dawn huma insomma numri importanti ferm li jikkonfermaw li Juventus huma tassew l-aqwa tim tas-Serie A!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *