L-imbirkin tractors ta’ missier Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Moise Kean wera pubblikament li ma jinsabx kuntent bil-ħafna paroli ta’ missieru fl-aħħar jiem. Ommu u missieru huma separati. S’issa dejjem fhimna li Kean kien marbut iktar ma’ ommu milli ma’ missieru. Waqt programm tar-radju, Biourou Jean Kean (il-missier) stqarr li martu riedet tieħu lil Moise l-Ingilterra, biss hju kien qalilha li laħaq ftehim ma’ Juventus u li kienu se jagħtuh żewġ tractors bħala parti mill-ftehim. Fl-istess intervista hu sostna li s’issa Juventus għadhom ma tawhx dawn it-tractors. Immedjatament wara l-intervista, waslet risposta ta’ Moise fuq is-social media fejn stqarr li hu ma jaf xejn dwar dawn it-tractors. Moise kiteb anki li hu sar ir-raġel li hu grazzi għal ommu. Il-messaġġ ta’ Kean kien: “Trattori? Non so di cosa parli… Se sono l’uomo che sono oggi è solamente grazie a mia madre e con questo ho detto tutto! E non dimenticate mai chi vi dà da mangiare quando avete il cibo in pancia.”

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *