L-istorja dwar Guardiola tibqa’ b’saħħitha

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalisti li mhumiex parti mill-mainstream għadhom konvinti li Juventus qed jistennew lil Guardiola. Skonthom l-istrateġija ta’ Juventus hi li jistennew li toħroġ is-sentenza tal-Uefa dwar ksur tal-Fair Play Finanzjarju min-naħa ta’ Manchester City. Momblano tenna fuq Juventibus li għandu informazzjoni ċerta li Manchester City se jeħlu sentejn sospensjoni bla ma jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Barra minn hekk Manchester City se jkollhom l-obbligu ta’ salary cap, jiġifieri se jkollhom limitazzjonijiet kbar f’dawk li huma l-pagi tat-tim. Infakkru li fil-kuntratt ta’ Guardiola hemm klawżola li permezz tagħha se jkun jista’ jinħall mill-kuntratt jekk Manchester City jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej. S’hawn xejn ġdid. Li hu interessanti fl-artiklu ta’ Momblano tal-bieraħ hu l-indikazzjoni li x’aktarx m’hemm l-ebda data marbuta ma’ din il-klawżola. Fi kliem ieħor Guardiola jista’ jinħall mill-kuntratt fi kwalunkwe mument. Hu għalhekk li x’aktarx Paratici stqarr ftit tal-jiem ilu li Juventus m’għandhomx għaġla. Dejjem skont Momblano lanqas il-plejers stess ta’ Juventus ma jafu xejn b’dak li qed jiġri. Juventus qed jistennew lil Guardiola u lesti jibqgħu jistennewh anki aktar minn dil-ġimgħa stess tant huma konvinti mir-riperkussjonijiet tas-sentenza Uefa fuq Manchester City u Guardiola.

Konfermi indiretti ta’ dak li qed jikteb Momblano qed ikomplu jaslu minn diversi sorsi. Pereżempju fuq is-sit Transfer Market hemm miktub li l-istaff tekniku ta’ Guardiola għandu kuntratt ma’ Manchester City li jiskadi fl-aħħar ta’ dan ix-xahar u s’issa dawn il-kuntratt għadhom mhux imġedda. Qed nitkellmu fuq nies li ilhom isegwu lil Guardiola sa minn żmien Barcellona. Barra minn hekk fl-Italja hemm diversi siti li qed isostnu li Milan għadhom ma ħabbrux lil Giampaolo bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom minħabba li qed jistennew li jaraw x’se jiġri b’Sarri.

Insomma l-misteru jkompli. Tgħid min se jkollu raġun finalment?!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *