L-oxxenitajiet li jistgħu jwasslu għal Calciopoli oħra!

MatthewJuve News Leave a Comment

Kien validu jew le il-gowl ta’ Astori f’Udinese-Roma? Din hi d-domanda li tinsab fuq fomm kulħadd minn kmieni waranofsinhar. Fl-opinjoni tiegħi hu rrilevanti jekk il-ballun qabiżx il-linja jew le. Il-fatt gravi li ilna nassistu għalih hu li Garcia, De Sanctis u Totti qegħdin il-ħin kollu jibdlu l-fatti. Mhux veru xejn li Juventus jinsabu f’ras il-klassifika minħabba r-referees kif qed jgħidu huma. Juventus ġabu fix-xejn lil Roma fil-konfront dirett u jinsab fl-ewwel post proprju għax huma l-aqwa tim. Garcia u bella kumpanija, mill-banda l-oħra, qed ikomplu jitfgħu t-tajn. L-istrateġija tagħhom drajniha, anki għax xebgħu jużawha kontrina l-Interisti: huma qegħdin jeqirdu u jibku l-ħin kollu sabiex ir-referees jgħinuhom dejjem iktar u jgħinuhom ixejnu l-gap tekniku li għandhom ma’ Juventus. Il-gowl fantażma tal-lum ħadd ma seta’ jarah tajjeb mingħajr l-użu tat-teknoloġija. Ir-referee Guida ta l-gowl sempliċiment għax fehem li fid-dubju għandu dejjem isaffar favur Roma. L-istess bħalma r-referees tal-partiti ta’ Juventus jafu li f’każ ta’ dunju se jsaffru kontra Juventus. Il-President ta’ Udinese, Pozzo ddikjara fi tmiem il-partita li Garcia hu bniedem makakk li qed jeqred ħafna fuq inġustizzji u issa beda jieħu l-frott ta’ din it-tattika. Insomma, Pozzo jidher li għandu l-istess opinjoni tiegħi!

Nerġa’ nirrepeti li Juventus fil-grawnd s’issa dejjem urew li huma l-aqwa tim fil-grawnd. Roma huma t-tieni l-aqwa u ma jridux jaċċettaw dan il-fatt. Xbajna naraw referees jgħinuhom jirbħu l-partiti! Illum stess, Udinese ma ngħatawx penalty ċarissimu lejn tmiem il-partita. Garcia jiftakar biss dak li jaqbel lilu u m’għandux l-onestà intellettwali li jammetti l-verità. Qed jilgħab l-istess karta ta’ Inter qabel Calciopoli u l-media hi kompliċi miegħu. Affarijiet bħal dawn juru kemm waqa’ fil-baxxa l-futbol Taljan għax mimli nies medjokri u għajjura. Il-valuri tal-isportività qed jiġu mżebilha l-ħin kollu! Ma niskantax li Roma din is-sena jirbħu l-league minkejja li m’humiex l-aqwa tim (dan hu l-verdett tal-grawnd!) … se jirbħu għax is-sistema li tkellem dwarha De Sanctis trid li Roma jirbħu l-iscudetto. Nittamaw biss li Juventus ma jkunux iktar b’saħħithom mis-sistema u allura jkollhom jivvintaw Calciopoli oħra!!!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *