Laqgħa Ġenerali Annwali 2018

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LG) tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018 fil-Club stess u tibda fis-7.00 p.m.

Jekk sal-ħin stipulat li tibda l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm.

AGENDA

  1. Talba
  2. Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
  3. Diskors mill-President
  4. Qari ta’ rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali
  5. Qari ta’ rendikont finanzjarju mit-Teżorier
  6. Emendi u approvazzjoni tal-istatut
  7. Ħatra ta’ tliet membri li jiffurmaw kummissjoni li tmexxi elezzjoni
  8. Elezzjoni ta’ ufficjali fuq il-Kumitat eżekuttiv
  9. Ħatra ta’ awditur
  10. Ħatra / konferma ta’ Presidenti Onorarji
  11. Xogħol ieħor li jista jinqala

NOMINAZZJONIJIET GĦALL-ELEZZJONI TA’ MEMBRI GĦALL-KUMITAT EŻEKUTTIV U EMENDI GĦALL-ISTATUT U R-REGOLAMENTI

Il-membri li jixtiequ jikkontestaw għal xi kariga jew membru fil-Kumitat eżekuttiv għandhom jiġbru l-applikazzjoni minn l-uffiċju tal-Club. Il-membri huma wkoll ġentilment mistiedna jressqu mozzjonijiet għall-emendi fl-istatut u fir-regolamenti. Kull applikazzjoni jew mozzjoni għandhom ikunu proponuti u sekondati minn membri effettivi tal-Club u in regola mal-ħlas ta’ sħubija għall-istaġun 2017-18 jew 2018-19.

F’kull eventwalita’ dawn għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali sa mhux aktar tard minn nhar Il-Hamis 27 ta’ Ġunju għalhekk kull applikazzjoni jew mozzjoni li tasal tard wara din id-data ma tkunx valida u għaldaqstant ma tkunx ikkunsidrata.

Skond id-dispozizzjoni tal-istatut – Regolamenti – A – Nominazzjonijiet – Para 1. Sub-para d), Is-Segretarju għandu sussegwentement jesponi fin-Noticeboard tal-Club lista tal-ismijiet u r-ritratti ta’ dawk kollha li jkunu se jikkontestaw l-elezzjoni. L-istess jgħodd għall-emendi u mozzjonijiet kollha mressqa, jiem qabel l-elezzjoni.

Joe Shields
Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *