Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

MatthewJuve News Leave a Comment

Għażiż membru,

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LG) tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir nhar il-Ħamis 13 ta’ Awissu 2020 fil-Club stess bil-laqgħa tibda fis-6.30pm

Jekk sal-ħin stipulat li tibda l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.00pm.

AGENDA

  1. Talba
  2. Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
  3. Diskors mill-President
  4. Qari ta’ rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali
  5. Qari ta’ rendikont finanzjarju mit-Teżorier
  6. Emendi u approvazzjoni tal-istatut
  7. Ħatra ta’ tliet membri li jiffurmaw kummissjoni li tmexxi elezzjoni
  8. Elezzjoni ta’ ufficjali fuq il-Kumitat eżekuttiv
  9. Ħatra ta’ awditur
  10. Ħatra / konferma ta’ Presidenti Onorarji
  11. Xogħol ieħor li jista’ jinqala’

NOMINAZZJONIJIET GĦALL-ELEZZJONI TA’ MEMBRI GĦALL-KUMITAT EŻEKUTTIV U EMENDI GĦALL-ISTATUT U R-REGOLAMENTI

Il-membri li jixtiequ jikkontestaw għal xi kariga jew membru fil-Kumitat eżekuttiv għandhom jiġbru l-applikazzjoni minn l-uffiċju tal-Club. Il-membri huma wkoll ġentilment mistiedna jressqu mozzjonijiet għall-emendi fl-istatut u fir-regolamenti. Kull applikazzjoni jew mozzjoni għandhom ikunu proponuti u sekondati minn membri effettivi tal-Club u in regola mal-ħlas ta’ sħubija għall-istaġun 2019/2020

F’kull eventwalita’ dawn għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali sa mhux aktar tard minn nhar Il-Hamis 6 ta’ Awissu 2020. Kull applikazzjoni jew mozzjoni li tasal tard wara din id-data ma tkunx valida u għaldaqstant ma tkunx ikkunsidrata.

Skond id-dispozizzjoni tal-istatut – Regolamenti – A – Nominazzjonijiet – Para 1. Sub-para d), Is-Segretarju għandu sussegwentement jesponi fin-Noticeboard tal-Club lista tal-ismijiet u r-ritratti ta’ dawk kollha li jkunu se jikkontestaw l-elezzjoni. L-istess jgħodd għall-emendi u mozzjonijiet kollha mressqa, jiem qabel l-elezzjoni.

Filwaqt li inselli għalik,

Joe Shields

Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *