Leonardo Bonucci ‘Man of the Match’ ta’ Udinese-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Leonardo Bonucci rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Udinese tal-Ħadd li għadda 5 ta’Marzu 2017. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. 

Id-difensur Taljan kien protaġonist ta’wirja kemm fid-difiża u kemm meta kien hemm bżonn jitla’ fuq l-attakk. Tant hu vera li kien hu li skorja l-gowl Juventin f’din il-logħba. Bonucci ġab il-58% tal-voti. Fit-tieni post spiċċa l-internazzjonali Brażiljan Alex Sandro, li aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed isir deċisiv għal logħba juventina. Huwa ġab l-20% tal-voti. Fit-tielet post insibu lil Juan Cuadrado bis-6%.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *