Manchester City-Juventus 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

101 ġurnata wara l-Finali ta’ Berlin, Juventus irritornaw fl-azzjoni fl-Ewropa wirja tajba u rebħa li sservi sew għall-moral tat-tim. Il-fatt li Allegri abbanduna l-ossessjoni tiegħu li jilgħab bi trekwartista u jerġa’ jibda jilgħab bħas-sena li għaddiet wassal biex il-plejers ħassewhom iktar kunfidenti u setgħu jilagħbu aħjar. Buffon żamm fil-partita fl-iktar mumenti diffiċli, filwaqt li plejers bħal Sturaro, Chiellini, Morata, Cuadrado u Mandzukic taw sehemhom biex it-tim seta’ jegħleb lil Manchester City. Ovvjament din ir-rebħa hi importanti ferm, għalkemm ma rridux nilludu ruħna li l-problemi psarixxew f’daqqa. L-aspett pożittiv hu li Allegri donnu qed jifhem il-ħtieġa li jibqa’ juża s-sistema ta’ logħob tas-sena li għaddiet u jibni fuqha. Mentalment il-plejers jidhru li kellhom reazzjoni tajba wkoll.

MANCHESTER CITY-JUVENTUS 1-2
SKORJAW:
Chiellini (awtogol) (M), Mandzukic (J), Morata (J)

MANCHESTER CITY (4-2-3-1): Hart; Sagna, Kompany (Otamendi), Mangala, Kolarov; Tourè, Fernandinho; Nasri (Aguero), Silva, Sterling (De Bruyne); Bony. Kowċ: Pellegrini.

JUVENTUS (4-3-3): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Sturaro, Hernanes, Pogba; Cuadrado, Mandzukic (Dybala), Morata (Barzagli). Kowċ: Allegri.

REFEREE: Skomina (Slovenia).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *