Mario Mandžukić ‘Man of the Match’ ta’ Chievo-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Mario Mandžukić rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Chievo tal-Ħadd li għadda 6 ta’Novembru 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

Mhux biss il-krowat kien l-awtur ta’l-ewwel gowl juventin ta’ din il-logħba, imma bil-ġirjiet u l-isforzi tiegħu żamm d-difiża ta’Chievo dejjem taħt pressjoni qawwija. Huwa ġab l-49% tal-voti. Fit-tieni post spiċċa Juan Cuadrado li bit-teknika u l-ġiri li kapaċi jtik dan il-plejer kien ta’ theddida kontinwa għall-avversarji. Ħasra li ma skurjax fl-aħħar minuti wara li poġġa lit-tim veroniż fuq saqajh wara ħarba mill-aqwa. Il-Kolombjan ġab id-19% tal-voti. Miralem Pjanić kiseb it-18% u ħa t-tielet post wara li skurja l-gowl deċissiv minn free-kick mill-isbaħ.

Grazzi lil kull min ħa sehem

Pierre Bonavia

14963257_1226410890739044_1786893452871080216_n

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *