Mario Mandžukić ‘Man of the Match’ ta’ Parma-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Mario Mandžukić rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Parma-Juventus tas-Sibt li għadda 1 ta’ Settembru 2018. Il-logħba kienet valida bħala t-tielet ġurnata tal-Kampjunat Serie A TIM 2017/18. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-internazzjonali Krowat qed ikollu bidu ta’staġun mill-isbaħ u filwaqt li reġa sab ix-xibka fl-ewwel gowl juventin, huwa kien involut direttament fil-mument deċiżiv tal-logħba. Għalhekk inthom ippremjajtuh bit-33% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Blaise Matudi bil-31% filwaqt li fit-tielet spiċċa Alex Sandro bit-12% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook : https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *