Beppe Marotta reġa’ tkellem mal-ġurnalisti dwar is-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus. Hu tenna li Juventus ma jridux ibigħu lil Higuain sakemm ma jkunx hu li jitlob li jinbigħ. F’das-sens hu stqarr li s’issa Higuain qatt ma talab li jitlaq. Dwar l-għidut ta’ Icardi, Marotta sostna li dawn huma biss fantasiji tal-gazzetti. Fl-istess ħin Marotta kkonferma li Juventus qed ifittxu plejer bħal Cancelo għalkemm s’issa m’hemmx negozjati għall-akkwist tiegħu. Finalment Marotta ħabbar li saru passi kbar ‘il quddiem dwar Emre Can u stqarr li jinsab ottimist li f’temp ta’ għaxart ijiem il-ftehim ikun finalizzat.
Matthew Scerri