Marotta jgħid tiegħu dwar Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta, qabel Juventus-Inter, tkellem dwar Wesley Sneijder. Hu qal Ii Juventus fehmu li Sneijder irid jitlaq lil Galatasaray u jemmnu li hu plejer li jiffittja fl-iskemi tattiċi ta’ Allegri. Madankollu Marotta fakkar li Juventus għandhom skwadra tajba u li hemm Pereyra li jista’ jilgab fl-istess pożizzjoni. Hu ċaħad li Juventus fetħu negozjati għall-akkwist ta’ Sneijder. Skont id-Direttur Ġenerali Juventin, il-Bianconeri se jixtru biss plejers li ma jiswewx ħafna. Huma jemmnu fil-plejers li għandhom, imma dejjem lesti jżidu plejers tajbin fit-tim jekk dawk ikunu bi prezz baxx. Fi kliem ieħor Juventus ma jridux jonfqu ħafna għall-akkwist ta’ Sneijder. L-idea hi li jew Galatasaray jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Juventus, jew inkella l-Bianconeri ma jixtruhx.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *