Marotta jwieġeb b’pika lil Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Ikompli l-istat ta’ paniku fi ħdan Inter b’aktar dikjarazzjonijiet ta’ piki fil-konfront ta’ Juventus. Ilbieraħ Paratici qal l-aktar ħaġa normali fid-dinja, jiġifieri li Icardi hu plejer ta’ Inter u li eventwalment ikun biss f’Ġunju li Juventus jibdew jikkunsidraw l-ismijiet għal akkwisti ġodda. Ftit wara wasal il-kumment vojt u bla sugu ta’ Marotta li qal l-kliem ta’ Paratici kien barra minn postu u li bl-istess mod Inter se jikkunsidraw lil Dybala f’Ġunju. Kumment li juri biss pika wara jiem sħaħ fejn il-propaganda Interista użat il-każ ta’ Icardi biex tħammeġ lil Juventus bħal dejjem. L-inkwiet li hemm bejn Inter u Icardi hu marbut mal-flus u l-paga tal-plejer. Fi kliem Paratici stess l-aħħar kuntatti ta’ Juventus ma’ Inter kienu fis-sajf li għadda, meta Marotta kien għadu ma’ Juventus. Mhux tort ta’ Juventus li Icardi ma jridx jaċċetta l-kuntratt li Inter offrewlu. Mhux tort ta’ Juventus li l-inkwiet bejn Inter u Icardi wassal biex l-Arġentin jitlef il-faxxa ta’ captain. Bħas-soltu, imma, hu qed iwaħħlu f’Juventus biex jidhru sbieħ huma!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *