Marotta: “Mhux veru li ma ridtx lil Ronaldo ma’ Juventus”

MatthewJuve News

Beppe Marotta kellu l-opportunità jwieġeb għall-għidut li hu ma kienx ried lil Ronaldo ma’ Juventus. “Mhux veru xejn li ma ridtx lil Ronaldo ma’ Juventus. Però hu veru li kien hemm kwistjoni marbuta ma’ kemm kien sostenibbli l-proġett. Konna pproponejna l-akkwist tiegħu lil Agnelli li wara xi jiem ta’ riflessjoni approva l-investiment. Kien att kbir ta’ kuraġġ u deher li kien jaf iħares fil-bogħod. Ronaldo hu bniedem eżemplari li jġib il-futbol u lil ommu quddiem kull ħaġa oħra.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email