Marotta u Paratici bdew ipoġġu l-bażijiet għall-kampanja akkwisti tal-2019

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-ħarġa tal-lum Tuttosport qed issostni li Marotta u Paratici diġà bdew jaħdmu għall-kampanja akkwisti tal-2019. Fil-fatt huma tefgħu fil-mira tagħhom lil Chiesa, Rabiot u La Gumina. Rabiot jaf ikun free-agent minn Frar li ġej, filwaqt li għal Chiesa Juventus aċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Fiorentina għal Pjaca sabiex hekk jingħataw preferenza fuq l-akkwist tal-winger/attakkant Taljan. La Gumina, imbagħad, hu talent kbir ta’ Empoli, klabb li minn dejjem kellu relazzjonijiet mill-aqwa ma’ Juventus. Das-sajf hu kien akkwistat minn Empoli bl-għajnuna ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *