Marrone, f’Berlin grazzi għal injury

MatthewJuve News Leave a Comment

Luca Marrone hu wieħed mit-tliet plejers fl-iskwadra Bianconera li waslet sal-Finali taċ-Champions League li kibru fis-settore giovanile ta’ Juventus. Fl-ewwel parti tal-istaġun kellu jibqa’ barra minħabba l-injuries. F’Jannar kellu jmur jilgħab b’self ma’ Cordoba u fil-fatt mar Spanja biex jagħmel il-medical tests. It-trasferiment sfaxxa fix-xejn għax hu m’għaddiex mill-medical test u allura kellu jmur lura Turin ma’ Juventus. Mingħajr l-injuries kieku żgur li Marrone kellu karriera aqwa minn dik li kellu s’issa. Biex ngħidu hekk bl-injury ta’ Jannar ġiet tajba għax daħal biċ-ċans li jżid iċ-Champions League mal-ħafna unuri li diġà rebaħ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *