Alessandro Matri żgur li qatt ma seta’ jobsor fis-sajf li għadda li kien se jispiċċa l-istaġun fil-Finali taċ-Champions League. Hu kien ingħaqad ma’ Genoa wara staġun deludenti ieħor u bil-mod il-mod beda donnu jerġa’ jiġi l-plejer li kien. F’Jannar, imbagħad, Juventus kellhom bżonn attakkant riserva. Għall-ewwel marru għal Osvaldo imma Inter bdew joħolqu l-problemi u finalment Marotta ħa lil Matri li fil-passat kien libes il-flokk ta’ Juventus. Allegri kien il-kowċ tiegħu ma’ Cagliari u japprezzah ħafna. L-għażla kienet waħda tajba għax Matri diġà skorja l-gowl deċiżiv li bih irbaħna l-Coppa Italia. Proprju minħabba f’hekk jekk nirbħu t-triplete hu se jkun ta sehem tassew importanti!
Matthew Scerri