Sħubija mal-Club 2020/21
Is-sħubija mal-Club tippermetti lill-membru biex jattendi għall-partiti ġewwa l-Club b’xejn matul l-istaġun kollu, igawdi minn dħul esklussiv ġewwa l-Club kull meta jkollna mistieden kif ukoll jifforma parti minn l-ikbar komunità ta’ Juventini fil-gżejjer Maltin.
Għafas hawn biex tissieħeb bħala membru
Rati sħubija mal-Club
Adult ( 16 – 64 years ) – €15
Senior ( 65 years + ) – €10
Youth ( 13 – 15 years ) – €10
Junior ( 6 – 12 years ) – €5
Baby ( 0 – 5 years ) – FREE
Tesserament Fan Club 2019/20
It-tesserament fil-Fan Club hija skema ta’ sħubija direttament ma’ Juventus neċessarja biex tkun tista’ tinqeda biljett għall-partiti ta’ Juventus tal-Kampjonat jew Champions League ġewwa l-Allianz Stadium. Din weħidha pero mhux biżżejjed jekk ma tkunx fil-pussess ta’ Juventus Card valida wkoll (ex Tessera del Tifoso)
Infakkru li kull min jissieħeb fil-Fan Club jeħtieġ li jgħaddielna b’mod obbligatorju kopja ta’ dokument tal-identita’ billi jżurna l-uffiċju jew jibgħat email fuq [email protected]
Adulti – Kopja tal-karta tal-identita’ ċara u bil-kulur minn quddiem u wara
Tfal li għandhom 6 snin jew iktar – Kopja tal-Passaport bil-kulur
Għafas hawn biex tissieħeb bħala membru fil-Fan Club
Rati sħubija mal-Club u Fan Club
Adult ( 16 – 64 years ) – €40
Elderly ( 65 years + ) – €35
Youth ( 13 – 15 years ) – €26
Child ( 6 – 12 years ) – €21
Juventus Card
L-applikazzjonijiet għall-Juventus Card se jkunu miftuħin dalwaqt
Kull persuna li trid tapplika għall-biljett apparti li trid tkun membru fil-Fan Club jeħtieġ li tkun fil-pussess ta’ Juventus Card ukoll (dik li qabel kienet tissejjaħ Tessera del Tifoso). Juventus iddeċidew li jagħtu biljetti strettament lill-membri fil-Fan Club u pussessuri ta’ Juventus Card valida biss.
Din tiswa €15 u għandha validità ta’ 10 snin.
Il-pussessuri ta’ Tessera del Tifoso valida mhux se jintlaqtu b’dan it-tibdil.
Infakkru li kull min japplika għall-Juventus Card jeħtieġ li jgħaddilna b’mod obbligatorju kopja ta’ dokument tal-identita’ billi jżurna l-uffiċju jew jibgħat email fuq [email protected]
Adulti – Kopja tal-karta tal-identita’ ċara u bil-kulur minn quddiem u wara
Tfal li għandhom 6 snin jew iktar – Kopja tal-Passaport bil-kulur