Avveniment mhux tas-soltu għall-membri kollha tat-Tour li kellna ppjanat għal lum kontra Brescia hekk kif spiċċat il-partita. Uffiċjali ta’ Juventus wasslu l-grupp sħiħ ġewwa il-VIP Lounge fejn hemmhekk attendew għal riċeviment maħsub apposta għall-għeluq tal-45 sena anniversarju tal-Club u wara kellhom sorpriza ferm sabiħa fejn ingħaqdu magħhom wkoll Alex Sandro, Bentancur u Szczesny. Dawn kienu ġentili biżżejjed li ħadu ritratti kif ukoll iffirmawlhom xi memorabilia.
Jien bħala President għaldaqstant ħadt l-okkażjoni wkoll sabiex ippreżentajt tifkira xierqa lit-tlieta li huma kif ukoll lill-uffiċjali ta’ Juventus preżenti.
JC Vero Amore fejn il-membru huwa PRIORITA … X’qed tistenna biex tissieheb maghna !




