Messaġġ mill-President

MatthewJuve News Leave a Comment

Għeżież Membri,

Għaddew ħames xhur minn meta ġejt maħtur President tal-Club. Kienu xhur ta’ ħidma intensiva fejn flimkien ma’ sħabi tal-Kumitat ħdimna bla qatigħ sabiex nimmodernizzaw il-Club u nkunu nistgħu nagħtu dejjem iktar l-aqwa servizzi possibbli għalikom il-membri.

Saħħaħna r-relazzjonijiet ma’ Turin u bnejna relazzjonijiet barra minn Malta li, ninsab konvint, se jħallu l-frott tagħhom fil-futur qarib. Fl-istess ħin komplejna naqdukom bil-biljetti tal-partiti ta’ Juventus u kburin ngħidu li aħna dejjem ipprovdejnilkom il-biljetti at FACEVALUE.

Lokalment, ħadna ħsieb inkomplu bir-refurbishment tal-premises tal-Club, żidna projector ieħor fil-bar area u dan l-aħħar installajna CCTV cameras u burglar alarm.

Ħaġa importanti ferm li ħdimna fuqha hi l-kuntatt magħkom il-membri. Organizzajna Laqgħa ta’ Informazzjoni f’Novembru u se nerġgħu norganizzaw oħra fis-6 ta’ Marzu 7.30pm. L-għan hu li intom ikollkom l-opporunità issemmgħu leħinkom u tgħaddu s-suġġerimenti tagħkom lill-Kumitat. Fl-istess ħin saħħaħna l-preżenza tagħna fuq is-social medias u tajna dehra grafika ġdida lill-website tal-Club: www.juventusclubmalta.com.

Dan kollu sar b’investiment qawwi u b’sagrifiċċji kbar mill-Kumitat kollu. Jidher li intom il-membri apprezzajtu x-xogħol li sar peress li din is-sena kellna żieda sostanzjali fil-membri miktuba mal-Club. Ta min jgħid ukoll li kellna rekord fin-numru ta’ membri reġistrati fil-Juventus DOC.

Ma nistax ma nsemmix u nirringrazzja lill-isponsors. Ħdimna ħafna biex nattiraw iktar sponsors lejn il-Club u jkolli ngħid li qatt daqs din is-sena ma kien hemm sponsorships mogħtija lill-Club.

Nagħlaq billi nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat, l-isponsors u lil dawk kollha li, b’xi mod jew ieħor, qed jagħtu kontribut sabiex il-Club jimxi ‘l quddiem. Nirringrazzja lilkom il-membri tal-appoġġ li dejjem tajtuni. Ibqgħu segwuna għax hemm ħafna attivitajiet li qed nippjanaw għalikom.

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *