Messaġġ mill-President

MatthewJuve News Leave a Comment

Nixtieq naqsam dan il-ħsieb tiegħi fuq dan l-istaġun bħala supporter. Il-Kampjonat nistgħu insejħulu mitmum (jekk qatt beda), staġun li fih ħadna 2 unuri. Ferħan ħafna ma nistax inkun pero’ żgur li kuntent li erbahna it-tmien kampjonat b’distakk ikbar minn tas-snin li għaddew. Bl-akkwist ta’ Cristiano Ronaldo stennejt avvanzi ikbar imma nemmen li kellu bżonn jidra l-ambjent il-ġdid minn kull aspett huwa wkoll. Ma stennejtx li nirbħu ċ-Champions League mmedjatament għax in-nuqqasijiet kont qiegħed narahom bħal bosta minnkom pero’ nammetti li wara l-wirja kbira kontra Atletico Madrid kont bdejt nemmen jiena wkoll sakemm waslet il-ferħa bla temma kontra Ajax!

Rigward Allegri naħseb li wara 5 staġuni flimkien bdiet tinħass il-ħtieġa sew ta’ bidla u motivazzjoni ġdida, Għaldaqstant jekk jkollu jiġi deċiż li hu u Juventus jaqbdu toroq differenti, nirringrazzjah tax-xogħol kbir li għamel u huwa fatt li se jibqa’ mniżżel mal-aqwa coaches ta’ Juventus ta’ kull żmien. Matul is-Sajf irrid nara l-kapaċitajiet ta’ Paratici għax nafu sew Marotta x’kien isarraf. Id-diriġenza hemm bżonn tinvesti sew f’kull dipartiment għax l-istaġun li jmiss se jkun iktar impenjattiv jekk isseħħ il-bidla anki fuq il-panchina! Coach ġdid ikollu jambjenta ruħu hu wkoll. Id-diriġenza hemm bżonn ukoll li turi aktar rispett lejn is-supporters f’kollox, b’mod speċjali fil-prezzijiet u ma tbiddilx dati u ħinijiet tal-partiti meta dawn ikunu kważi waslu!

Bħala President tal-ikbar Club lokali nixtieq ngħid GRAZZI MIL-QALB lill-mijiet ta’ membri li reġgħu tawna l-fiduċja tagħhom u apprezzaw is-serjeta’, l-integrita’ u d-dedikazzjoni totali tagħna lejn il-membru li għalina huwa l-priorita’ assoluta tagħna. Dan huwa li jagħmilna differenti u speċjali.

Din is-sena bħalma kollha tafu ġibnilkom lil Alessio Tacchinardi, player ieħor importanti minn żmien Marcello Lippi li huwa fil-fehma tiegħi l-aqwa coach ta’ kull żmien ta’ Juventus għall-mentalita’ li kien għaraf jittrasmetti lill-players tiegħu. Drajtuna f’dawn l-aħħar sitt snin inġibu ex-players sabiex tiltaqgħu magħhom u tgawduhom. Tafu lkoll li dak li nwiegħdu nwettquh. Il-prezzijiet dejjem zammejnihom baxxi għal but ta’ kulħadd u kull min kien preżenti f’dawn iż-żjarat jaf li ritratti u firem ħa kemm xtaq.

Nagħlaq billi nirringrazzja lil kulħadd, membri leali ta’ kull sena kif ukoll dawk li m’humiex imma jsegwu il-paġna tagħna. Infakkarkom illi l-Kampanja Tesseramenti 2019/20 tinsab miftuħa għalhekk inħeġġiġkom sabiex tissieħbu mal-Club tagħna għax żgur li ma jkollkomx indiema.

FINO ALLA FINE – FORZA JUVE

Joseph Fenech

President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *